What’s On

Ċirkulari 1/2013 Mixja F’Wied Ħas-Saptan, Birżebbuġa

Nhar il-Ħadd 3 ta’ Frar 2013  fid-1:45 p.m

Active Participant – Emanuel Cutajar.  Agħfas hawn.


Ċirkulari 8/2012 Dawra mal-Irdumijiet ta’ Ħad Dingli ‘Nature Heritage Trail’

Nhar il-Ħadd 9 ta’ Diċembru 2012 fid-10:15 a.m

Active Participant – Is-Sur Avertano Role.  Agħfas hawn.

Ċirkulari 7/2012 Żjara fil-Mixtla Tal-Environmental Landscape Consortium (ELC) Wied Inċita, Ħ’Attard

Nhar is-Sibt 10 ta’ Novembru  2012 fid-9:30 a.m

Active Participant – Is-Sur Paul Foster (Nursery Manager) . Agħfas hawn.

Ċirkulari 4/2012 Ħarġa għal Tal-Papa Birżebbuġa Barriera Riġenerata f’raba’ saqwi

Nhar il-Ħadd 6 ta’ Mejju 2012 fid-9:30 a.m

Active Participant – Is-Sur Peter Cutajar. Agħfas hawn.

Laqgħa Ġenerali Bijennali

Nhar il-Ġimgħa 27 ta’ April 2012 Fiċ-Ċentru tal-Kurrikulu, il-Furjana. Agħfas hawn

Ċirkolari 1/2012 Ħarġa għall-Wied Għajn Żejtuna Santa Maria Estate il-Mellieħa

Nhar il-Ħadd 5 ta’ Frar 2012 fis-2:00 p.m

Active Paricipant – Is-Sur Sammy Vella. Agħfas hawn.

Ċirkolari 7/2011                                                                           10 ta’ Novembru 2011

ŻJARA FIL-BAĦRIJA OASIS

(Permaculture camp) u IKLA TAL-MILIED

Fin-New Life Restaurant, il-Baħrija

Il-Ħadd 11 ta’ Diċembru 2011

Niltaqgħu fil-pjazza tal-Baħrija fid-9.30 am

Active Participant – Is-Sur Peppi Grech

Il-kamp tal-permakultura  Baħrija Oasis jinsab in-naħa l-oħra tal-Wied tal-Baħrija hekk kif tkompli miexi mat-triq tal-iskola. Ġa kellna l-okkażjoni napprezzaw l-operat tal-permakultura meta żorna Frate Jacopa f’Wied il-Għajn. Fil-Baħrija Oasis qed ikunu organiżżati korsijiet għal min hu interessat u aħna se naraw il-post qalb kampanja u veduti mill-isbaħ. Din hi silta qasira minn gazzetta lokali dwar il-permakultura:

Permaculture is a design philosophy and the art and science of creating community ecosystems – whereby plants, animals, human beings, and all forms of ecological diversity interact to produce a prolific , ecologically sound, and regenerative system that can support itself and life indefinitely.

IKLA FIN-NEW LIFE RESTAURANT, IL-BAĦRIJA FIL-12.15 p.m.

Prezz:     ikla Ewro 17;        main course biss Ewro 13;       menu’ tfal Ewro 5

Min se jattendi irid iċempel jew jikteb e-mail lis-Segretarju Anton Quintano sal-Ħadd 4 ta’ Diċembru u jagħti dettalji tal-persuni u platti magħżula. Ħlas isir dakinhar.

MENÙ

l-ewwel platt: - spagetti  jew minestra

it-tieni platt (main course) : -     fenek / laħam taż-żiemel /  fenek u laħam taż-żiemel /

pixxispad  /  chicken breastbeef steak

flixkun inbid għal kull 4 persuni

frott u karawett

F’każ ta’ maltemp ċemplu lis-Segretarju bejn it-8.00 u d-9.00 am. L-ikla xorta ssir fil-12.15 p.m.

Min irid jista’ jiġi l-Baħrija Oasis jew l-ikla biss.

Avviż

Il-President, f’isem il-kumitat u s-Soċjeta’ bagħat memo dwar il-Ġeografija fil-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali lill-Kumitat tal-istess Qafas. Dan tistgħu issibuh mehmuż hawn.

Ċirkulari 6/2011

10 t’Ottubru 2011                                                                                                                                  Segretarju: Anton Quintano

Żjara fil-Palazz u Kitchen Garden ta’ San Anton

Nhar is-Sibt 29t’Ottubru 2011

Niltaqgħu fid-9:30 am fil-car park

ta’ quddiem il-Corinthia l-qadima

Il-Palazz u l-Ġonna ta’ San Anton huma magħrufin għas-sbuħija tagħhom. Is-Sinjuri John u Jason Mifsud se jdawruna l-palazz u l-Kitchen Garden.

Kien għall-aħħar tas-seklu sittax meta l-kavallier Franċiż Fra Antoine de Paule xtara artijiet qrib H’Attard u bena villa tal-kampanja. Meta laħaq Gran Mastru fl-1623 huwa kabbar il-villa u bidilha f’palazz bi ġnien kbir fejn seta’ jistrieħ fil-kampanja mhux daqstant bogħod mill-Belt daqs li kien il-palazz ta’ Verdala. Il-Gran Mastri ta’ warajh komplew ikabbru kemm il-palazz u kemm il-ġonna. Kien il-Gvernatur Borton li fetaħ il-ġnien għall-pubbliku fl-1882.

Il-Kitchen Garden infetaħ għall-pubbliku aktar kmieni dan is-sajf fuq inizzjattiva tal-President presenti Dr George Abela. Fih ġonna mtarġin bi xtieli li jservu għall-kċina, siġar u pjanti oħra, pixxina li kienet inbniet l-ewwel darba fi żmien il-Gran Mastru Pinto, post għal-logħob għat-tfal, u razzett tal-annimali Maltin u eżotiċi bħal llama, ostrich u oħrajn. Hemm ukoll cafereria bl-arja kkundizzjonata li sservi snacks tajbin u rħas imħawrin bi prodotti tal-istess ġnien. Għandna l-pjaċir inħabbru lill-membri li t-teżoriera tagħna s-Sinjorina Rita DeBattista kienet konsulenta edukattiva fil-proġett tal-ġnien.

Mela niltaqgħu H’Attard fid-29 ta’dan!

Avviż

Il-kumitat qed isegwi mill-qrib l-iżviluppi fil-kurrikulu. Il-president, f’isem il-kumitat u l-membri, kiteb Memo lill-kumitat għat-tfassil ta’ Qafas għall-Kurrikulu Nazzjonali biex isostni l-importanza tal-Ġeografija fl-aspetti kollha tal-ħajja tal-lum u biex jipprotesta kontra tnaqqis fin-numru ta’ lezzjonijiet tal-Ġeografija. L-istess Memo ntbagħat lill-istakeholders prinċipali kollha fl-edukazzjoni.

18-08-2011  Ħarga għal Filfla

Ħarġa għal Fifla bil-Jott Kbir – Sea Horse

Nieqfu għall-għawm Filfla u post ieħor skond il-baħar.

Nhar il-Ħamis 18 t’Awwissu 2011-08-06

Niltaqgħu fid- 9:00 am qrib il-moll tax-Xemxija .

Wara s-suċċess kbir li kellna s-sena l-oħra bil-mawriet lejn Filfla, il-kumitat ħaseb biex jerġa’ jkollna l-opportunità li nżuru Filfla. Din id-darba se naraw ukoll il-kosta tal-Majjistral u Punent ta’ Malta mill-baħar. Ninżlu ngħumu qrib Filfla. Mill-baħar naraw l-Imġiebaħ, l-Għadira, il-bajjiet kollha tal-Aħrax tal-Mellieħa, il-Qammieħ, il-Prajjiet, Għajn Tuffieħa, il-Ġnejna, Ras id-Dawwara, Fomm ir-Riħ, u l-Irdumijiet ta’ Ħad Dingli. Ħarġa ta’ interess u divertiment fl-istess ħin bi prezz irħis.

Kundizzjonijiet

  1. Niltaqgħu fil-ħin fid-9:30 am u lura fis-6:00 pm.
  2. Ħlas bil-quddiem Ewro 16, tfal sa 9 snin Ewro 11.
  3. Biex tibbukkja ċemplu lil Ms Rita DeBattista tel. 79068299 / 21571769 / 21237982. Wara li tikkonferma li fadal post, ibagħtu l-formola u ċ-ċekk f’isem Ms Rita DeBattista fl-indirizz tagħha: 2o ‘Moonwind’ Flat 1, Triq it-Tempesta, Buġibba, SPB (closing date 10 t’Awwissu).
  4. Numru massimu: 70 kbar u 10 tfal – first paid first served basis.
  5. Kulħadd huwa responsabbli tiegħu nnifsu u tat-tfal li jġib miegħu.
  6. Id-dawra tista’ titħassar mill-Kaptan minħabba t-temp. F’dak il-każ il-flus jintbagħtu lura. Huwa importanti li tibagħtu l-flus sal-10 t’Awwissu.
  7. Il-Kumitat jirriżerva d-dritt li jibdel l-itinerarju skont iċ-ċirkostanzi.
  8. Kulħadd jġib ikel miegħu iżda fuq il-lanċa hemm snack bar bi prezzijiet raġonevoli.

Mela niltaqgħu ix-Xemxija għal Filfla.